Tnejn minn tlieta għal Rachel Cuschieri

Ilbieraħ, il-midfielder internazzjonali Malti Rachel Cuschieri, li tinsab bi prova mat-tim Ċiprijott ta’ Apollon Limassol, skurjat tnejn mit-tliet gowls ta' Apollon.
It-tim tan-nisa ta’ Apollon Limassol twaqqaf fl-2007 u mill-2009 ‘l hawn rebħu sitt kampjonati konsekuttivi.
Apollon rebħu wkoll sitt darbiet it-tazza lokali u erba’ darbiet is-Super Cup.
Fl-Ewropa rnexxielhom jaslu mal-aħħar 32 tal-UEFA Women’s Champions League matul dawn l-aħħar erba’ snin.
Bejn id-9 u l-14 ta’ Awwissu, Apollon se jkunu fil-Litwanja, sabiex jilagħbu fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Women’s Champions League, ma’ Gintra tal-Litwanja, KI tal-Iżlanda u KS Vllaznia tal-Albanija.