Aġġornata: Tlieta mejta u studenti jinġarru minn valanga fl-Alpi

Tfal li kienu parti minn grupp ta’ studenti waqt ħarġa tal-iskola spiċċaw inġarru minn valanga li seħħet fuq l-Alpi.
Żewġ studenti, wieħed minnhom ta' 14-il sena, tilfu ħajjithom. Filwaqt li raġel Ukren li ma kienx parti mill-grupp ta' studenti miet ukoll.
Żewġ studenti oħra jinsabu f’sitwazzjoni kritika u l-għalliem li kien qed imexxi l-istudenti wkoll weġġa’ gravi.
Jidher li l-valanga seħħet minħabba gruppi kbar ta’ persuni li kienu qed jiskijjaw f’dak il-ħin.
Filwaqt li I-membri kollha ta’ grupp nstabu mill-ħaddiema tas-salvataġġ, it-tfal u l-persuni l-oħra midruba ttieħdu fl-isptar ta’ Grenoble għall-kura.