Tnejn l-isptar wara li ġew aggrediti bi flixkun minn żagħżugħ

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi u ieħor b’oħrajn ħfief wara li ġew aggrediti minn żagħżugħ bi flixkun f’idu f’Paceville.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-00.30am, xħin iż-żagħżugħ, Litwanjan ta’ 26 sena, ħebb għaż-żewġt irġiel fi Triq San Ġorġ.
Ir-raġel li jinsab gravi hu Libjan ta’ 37 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, u ż-żagħżugħ l-ieħor, Libjan ukoll ta’ 26 sena joqgħod Birżebbuġa.
Sadanittant, l-aggressur ma sofra ebda ġrieħi, u qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.
Ritratt: Arkivji