Mara fil-periklu tal-mewt u raġel iweġġa’ gravi fi Mġarr ix-Xini

Aġġornat 07:53 PM
Arkivji

Read in English.

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li persuna waqgħet fuq oħra f’inċident li kellhom waqt it-tixbit mal-irdumijiet fi Mġarr ix-Xini. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa u ż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza.

Jidher li mara ta’ 37 sena minn Birkirkara kienet qed tixxabbat u waqgħet għoli ta’ madwar 7 metri. Hija ġiet fuq raġel ta’ 30 sena minn Birkirkara li prova jgħinha.

Il-mara tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha minħabba l-ġrieħi serji li sofriet filwaqt li r-raġel weġġa’ gravi.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li membri tal-protezzjoni ċivili stazzjonati f’Għawdex salvaw liż-żewġ persuni mill-wied ta’ Mġarr ix-Xini.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech LL.D li fetħet inkjesta.