​Tnejn l-isptar wara li sewwieq tilef il-kontroll u daħal f’ħajt

Raġel ta’ 32 sena u mara ta’ 31 ta’ sena ġarrbu xi ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Marsaxlokk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15pm fi Triq iż-Żejtun.
Ir-raġel, li hu minn Ħal Qormi kien qed isuq lejn Marsaxlokk, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel f’ħajt.
Kemm ir-raġel kif ukoll il-mara li kienet passiġġiera miegħu mhumiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
Ritratt: Media Police