Aġġornata: Żewġ persuni ta’ 26 sena u 34 sena jaqgħu bil-karozza fil-wied

Aġġornata (19:55):
Sewwieq ta' 26 sena u l-passiġġier tiegħu, raġel ta' 34 sena, it-tnejn min-Naxxar, ittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq Dun Gejtanu Mannarino, Birkirkara iktar kmieni llum.
Filwaqt li s-sewwieq qed isofri minn ġrieħi ħfief, il-passiġġier qed isofri minn ġrieħi gravi.

Iktar kmieni:
Żewġ ġuvintur baqgħu deħlin fil-ħadid u l-karozza baqgħet niżlet fil-wied ta’ fejn id-dipartiment tal-VAT f’Birkirkara.  
Hu mifhum li l-ġuvni tilef il-kontrol tal-karozza baqa’ nieżel fil-wied. Fil-karozza miegħu kien hemm ġuvni ieħor. Il-ġuvintur ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm.