Tnejn l-isptar wara ħabta qrib il-grawnd ta’ Għawdex

Żewġ sewwieqa dalgħodu kellhom jiddaħħlu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex wara li kienu involuti f'ħabta qrib il-grawnd ewlieni tal-futbol.
Il-ħabta head-on ġrat bejn trakk u vann fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.54am.
It-triq bħalissa hi magħluqa għat-traffiku.

Ritratt: Brian Grima fuq info@newsbook.com.mt