Tnejn l-isptar wara ħabta fil-Furjana

Żewġ persuni ddaħlu l-Isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Furjana.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 fi Triq Sant'Anna direzzjoni lejn il-Pietà.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Ambulanza b’tim mediku ħadet lill-vittmi l-isptar iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.