Tnejn l-isptar wara ħabta fil-bypass tal-Marsa

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs, żewġ sewwieqa ttieħdu Mater Dei għall-kura wara li ħabtu bil-karozza fil-bypass tal-Marsa. 
Ir-raġel ta’ 34 sena minn Wied il-Għajn qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi waqt li għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni medika tas-sewwieq l-ieħor ta’ 24 sena mill-Imsida.
Il-Pulizija qed tinvestiga.