Tnejn l-isptar wara ħabta fi Triq l-Imġarr

Google

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kienu involtu f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.

Il-Pulizija kkonfermaw li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am quddiem il-Fondazzjoni Arka. Iż-żewġ persuni li ttieħdu l-isptar kienu raġel ta’ 33 sena mix-Xewkija u mara ta’ 52 minn Birkirkara.

Jidher li ż-żewġ persuni ġarrbu ġrieħi ħfief.

Ċifri dwar inċidenti rreġistrati mal-Pulizija ppubblikati fil-Parlament, juru li f’10 snin, Triq l-Imġarr f’Għajnsielem rat  mas-86 inċident tat-traffiku.