Aġġornata: Tnejn bi ġrieħi gravi wara inċident bejn żewġ karozzi

Żewġ anzjani sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku li kien jinvolvi tliet karozzi.
Kelliema għall-Pulizija qalet li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.15am, xħin għal xi raġuni kien hemm impatt bejn dawn il-karozzi fi Vjal Millbrae.
L-anzjani li ttieħdu l-isptar kienu f’karozza minnhom. Is-sewwieqa ta’ 80 sena u l-passiġġiera ta’ 79 it-tnejn residenti Ħal Qormi.
Fit-tieni karozza kien hemm raġel ta’ 61 sena li joqgħod Ħ’Attard u fit-tielet waħda raġel ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Dawn tal-aħħar ma sofrew ebda ġrieħi.
Iż-żewġ anzjani ttieħdu Mater Dei minnufih.