Aġġornata: Tnejn l-isptar wara argument f’appartament f’Marsaskala

Arkivji

Read in English.

Għadd ta’ Pulizija u ambulanzi ssejjħu f’Marsaskala lbieraħ filgħaxija hekk kif persuni barranin residenti f’appartament kienu involuti f’argument. Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident.

Il-Pulzija ġew imsejjħa minn żagħżugħ ta’ 24 sena minn Niġerja wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor ta’ 40 sena minn Niġerja li joqgħod fl-istess appartament fi Triq id-Dolmen. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm.

Żewġ ambulanzi ħadu liż-żewġ irġiel l-isptar Mater Dei. Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ġarreb ġrieħi ħfief iżda r-raġel ta’ 40 sena weġġa’ gravi.