Tnejn jinżammu arrestati wara argument li jinvolvi sparatura

Raġel ta’ 33 sena ma nħelisx mill-arrest wara li qal li mhux ħati li spara waqt argument nhar il-Ġimgħa li għadda fl-Iklin.

Christopher Schembri minn Tas-Sliema ċaħad li spara f’żona residenzjali, li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar waqt l-argument, li kellu arma bla liċenzja, li kiser il-paċi pubblika, li tkellem ħażin fil-pubbliku u li hedded lil David Vella.

L-argument kien dwar ċekkijiet tal-flus u seħħ għall-ħabta tad-9pm barra l-uffiċċju ta’ avukat.

Skont ordni tal-qorti, iż-żewġt irġiel involuti ħa jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin iżda mifrudin minn xulxin.