Tnejn jinstabu mitlufa minn sensihom f’Santa Luċija

Illum waranofsinhar żewġt irġiel instabu mitlufa minn sensihom f’garaxx f’Santa Luċija.

Raġel ta’ 30 sena minn Santa Luċija u ieħor ta’ 26 sena minn Ħal Luqa ntlemħu minn xi ħadd mixħutin mal-art ġo garaxx li jinsab fi Triq Mabel Strickland.

Jirriżżulta li fil-garaxx kien hemm oġġetti li għandhom x’jaqsmu mad-droga.

Skont il-pulizija, l-irġiel ittieħdu l-isptar għal kura u jinsbu f’kundizzjoni stabbli.