Filmat: Tnejn jinstabu mejta f’Għawdex

Żewġ persuni nstabu mejta wara li aktarx ħareġ xi gass fi Mġarr ix-Xini.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-vittmi, li nstabu mejta f'kamra f'għalqa, huma raġel ta' 59 sena minn Ta' Sannat u Ingliża ta' 52 sena. 
Huma nstabu bla ħajja għall-ħabta tas-1.30pm.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ biex tistabbilixxi d-dinamika tal-każ inkluż x’seta' wassal għall-mewt.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri. 

Ritratti u filmat: Christoph Schwaiger