Tnejn jindarbu gravi f’ħabta bejn tliet karozzi fil-Fgura

Read in English.

Sewwieq ta’ vettura u passiġġier f’karozzi separati ndarbu gravi f’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’ħabta bejn tliet vetturi fil-Fgura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10pm f’Żabbar Road, kantuniera ma’ Triq San Pietru meta seħħ impatt bejn karozza, misjuqa mir-raġel ta’ 26 sena mis-Sirja, vettura oħra misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena minn mir-Raħal il-Ġdid u t-tielet vettura misjuqa minn raġel ta’ 22 sena mill-Fgura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla u lir-raġel mis-Sirja l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard it-tfajla ġiet iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Passiġier fil-vettura tas-Sirjan iddewwa’ fiċ-ċentru tas-Saħħa f’Raħal il-Ġdid iżda ġie ċċertifikat f’qagħda gravi minħabba li sofra xi qtugħ f’wiċċu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratti: Ryan Raikoh Aquilina (Facebook)