Tnejn jammettu li ppruvaw jisirqu minn ħanut fl-Imsida

Żewġt irġiel tressqu l-qorti b’rabta ma’ attentat ta’ serq minn ħanut fl-Imsida.
L-akkużati, raġel ta’ 40 sena mill-Belt u żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Ħamrun ġew mixlija li fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu ppruvaw jisirqu minn ħanut.
Iż-żewġ akkużati ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom . Ir-raġel ingħata sena ħabs sospiża għal sentejn, filwaqt li liż-żagħżugħ iġġedditlu sentenza li diġà kellu, ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.