Tnejn iweġġgħu ħafif waqt il-briju tal-marċ f’Ta’ Kerċem

Żewġ adolexxenti weġġgħu ħafif waqt il-marċ tal-festa f’Ta’ Kerċem.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li lbieraħ filgħaxija ż-żewġ adolexxenti ta’ 16-il sena minn Ta’ Kerċem stess, kienu qed jisparaw il-karti minn kanun tal-arja u kien hemm xi ħsarat.
Persuni li kienu fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt, li semgħu splużjoni kbira u meta niżel lura l-art, il-kanun kważi ġie fuq in-nies.
L-istess kelliema għall-Pulizija qalet li ż-żewġ żgħażagħ ingħataw il-kura medika wara li bdew isaffrulhom widnejhom. Huma ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi ħfief.