Tnejn iweġġgħu bil-mutur…raġel f’qagħda kritika

Sewwieq ta’ mutur jinsab f’qagħda kritika u mara li kienet riekba miegħu sofriet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ tard ilbieraħ filgħaxija f’Ħ’Attard.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq iż-Żaghfran ftit wara l-10.30pm
Il-ħabta kienet bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 22 sena minn Tal-Pietà u karozza misjuqa minn raġel ta’ 20 sena min-Naxxar. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 26 sena residenti Birżebbuġa.
Ir-raġel u l-mara li kienu fuq il-mutur spiċċaw ittieħdu Mater Dei b’żewġ ambulanzi. L-isptar instab li r-raġel baqa’ f’qagħda kritika filwaqt li l-mara kellha ġrieħi gravi.
Ġiet ordnata inkjesta dwar dan l-inċident.