Filmat: Tnejn imutu f’maltempati qawwija f’Palermo

#weathersicily | Giunge ancora un video della drammatica situazione che ha coinvolto la città di #Palermo questo pomeriggio. Purtroppo hanno perso la vita due persone.

Posted by Weather Sicily on Wednesday, July 15, 2020

Il-gżira ta’ Sqallija ntlaqtet minn maltemp qawwi.

Is-sitwazzjoni kienet l-agħar f’Palermo, fejn il-belt inħakmet minn għargħar fil-jum tal-festa ta’ Santa Rosalia, il-qaddisa patruna tal-lokal.

F’ċerti partijiet tar-reġjun Sqalli, sewwieqa salvaw ruħhom bl-għawm mill-karozzi tagħhom, li kienu maqbuda fl-ilmijiet.

Fil-fatt għerqu żewġ persuni, li nqabdu f’karozza li għerqet fl-ilmijiet tax-xita wara li din inġarret fit-triq.

Żewġt itfal, l-iżgħar wieħed minnhom ta’ 9 xhur, iddaħħlu l-isptar minħabba ipotermja. It-tfal kienu maqbuda fil-karozza flimkien mal-ġenituri tagħhom fil-mina ta’ Viale della Regione, viċin via Sardegna, fejn il-karozza tagħhom għerqet taħt l-ilmijiet. Il-forzi tas-salvataġġ kellhom jieħdu gvieret u lożor termali mill-isptarijiet biex dawn jintużaw mill-persuni li nqabdu fit-toroq.

Il-Muniċipalità ta’ Palermo ilha tilmenta dwar in-nuqqas ta’ sistema ta’ allerta fil-belt mal-awtoritajiet kompetenti. F’ċerti mini, is-sewwieqa nqabdu fl-ilmijiet u għalhekk kellhom jaħarbu mill-karozzi tagħhom bl-għawm.