Mara u raġel jitilfu ħajjithom fl-inħawi tas-Simar fil-Qala

Mewta traġika għal koppja Pollakka fl-inħawi tas-Simar, fil-Qala illum waranofsinhar.
Hu mifhum li l-mara ta' 50 sena kienet fuq il-blat u inġarret minn mewġa u waqgħet fil-baħar.
Ir-raġel ta' 51 sena pprova jsalva lill-mara billi qabeż fil-baħar, iżda ma setgħux jitilgħu lura fuq l-art.
It-tnejn itellgħu permezz ta’ patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta li hi stazzjonata fil-Port tal-Imġarr.
Il-pulizija t'Għawdex kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-3:10pm.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini qed imexxi l-inkjesta bil-għajnuna tal-esperti.
Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.
Ritratti: Stephanie Portelli