Tnejn imutu f’terremot il-Greċja

Minn tal-inqas tnejn mietu u għexieren indarbu wara terremot kmieni dalgħodu fil-Greċja.
It-terremot seħħ għall-ħabta tas-1.30am fil-gżira Griega ta’ Kos, li tinsab bejn il-Greċja u t-Turkija.
L-imwiet kienu kkonfermati mis-sindku tal-gżira, George Kyritsis.
Il-qawwa tat-terremot ġiet irreġistrata 6.9 fuq l-iskala Richter.
Minkejja li normalment terremot ta’ dan it-tip joħloq ferm aktar ħsara, jidher li l-baħar li jdawwar lill-gżira naqqas mill-effett ikrah li seta’ kellu.
Iċ-Ċermen tal-Presidenza Torka għall-Immaniġġjar tal-Emerġenzi u d-Diżastri avża liċ-ċittadini dwar aktar theżżiżiet iżgħar tat-terremot. Fil-fatt inħassu mat-13-il theżżiża mill-ħin tat-terremot ’l hawn.