Tnejn il-Qorti għax serqu u weġġgħu lin-nies

Żewġ Sirjani tressqu quddiem il-qorti b’fosthom akkużi li kkommettew serq minn residenza fil-Ħamrun, li kkaġunaw feriti ħfif b’armi li jaqtaw u bil-ponta u li qiegħdu l-ħajja ta’ terzi persuni fil-periklu.

Dan ġara wara li l-Pulizija qabdet grupp ta’ Sirjani li sgassaw bieb ta’ residenza privata fil-Marsa biex daħlu għal-grupp ieħor ta’ Sirjani u nħoloq argument. Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet żewġ Sirjani l-isptar minħabba xi ġrieħi li sofrew waqt l-argument.

Waqt li l-Pulizija kienet qed tinvestiga dan il-każ, jidher li rċeviet rapport ieħor fi Triq Sant’ Antnin, il-Ħamrun fejn ġie sgassat bieb ta’ residenza oħra u li minnha nsterqu ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.