Tnejn gravi wara ħabta head-on

Żewġ irġiel weġġħu gravi u qed jingħataw il-kura wara li kienu involuti f’ħabta head-on fil-by-pass tal-Gudja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu meta l-irġiel kienu qed isuqu żewġ vannijiet fid-direzzjoni opposta.
Wieħed mix-xufiera għandu 44 sena u residenti l-Birgu filwaqt li x-xufier l-ieħor għandu 53 sena u jgħix B’Buġia.
Il-pulizija qed tinvestiga l-inċident.