Tnejn gravi l-isptar f’ħabta bejn żewġ karozzi

Mara ddaħħlet l-isptar bi ġrieħi serji, u raġel li kien qed isuq karozza spiċċa bi ġrieħi gravi wara li l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’ karozza oħra fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
Il-Pulizija qalet li ġiet infurmata għall-ħabta tas-00.45am b’inċident stradali fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-mara li għandha ġrieħi serji toqgħod is-Swieqi u għandha 49 sena, filwaqt li r-raġel bi ġrieħi gravi għandu 53 sena mis-Swieqi wkoll.
Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn Serb ta’ 27 sena residenti l-Ħamrun, li ma sofra ebda ġrieħi, u miegħu kien hemm mara ta’ 43 sena residenti l-Ħamrun, li ġarrbet ġrieħi gravi.
Ritratt: MRTU