Tnejn għall-Qorti wara li sawtu żagħżugħ fil-Gżira

Żewġ żgħażagħ se jitressqu l-Qorti b’rabta mal-każ taż-żagħżugħ Tork li madwar tliet ġimgħat ilu allegatament ġie msawwat minn grupp ta’ żgħażagħ fil-Gżira.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija, inħarġu akkużi kontra żewġ żgħażagħ li allegatament kienu nvoluti fl-attakk.
Dawn mistennija jitressqu l-Qorti l-Ħamis 2 ta’ Lulju.
Il-kelliem spjega kif l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ membri tal-Korp jittieħdu bl-akbar serjetà u li l-każ se jkun qed jiġi investigat mill-Uffiċċju tal-Affarijiet Interni.
Ma’ Newsbook.com.mt, omm iż-żagħżugħ qalet li tinsab urtata dwar kif l-awtoritajiet Maltin trattaw il-każ.