Tnejn għadhom fil-periklu tal-mewt minn Diċembru

Żewġ persuni minn sitta li spiċċaw fil-periklu tal-mewt wara ħames inċidenti tat-traffiku, għadhom qed jiġġieldu għal ħajjithom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Il-mara ta’ 52 sena u ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, huma l-vittmi fost l-erbgħa, li kienu involuti f’inċident tat-traffiku s-Sibt li għadda.
L-inċident seħħ fi Triq Sant’Andrija San Ġiljan fejn żewġ karozzi kienu involuti f'inċident għall-ħabta tad-9.45pm.
Erba' persuni oħra li ġarrbu ġrieħi kritiċi f'inċidenti f'Diċembru u Jannar li għadda, ħarġu mill-ITU wara jiem jingħataw il-kura. 
F’Diċembru kien hemm sewwieq ta’ mutur ta’ 55 sena kien involut f’ħabta ma’ karozza fi Triq Għajn Tuffieħa, fl-Imġarr.
Dan ix-xahar kellna tliet inċidenti gravi li wasslu għal iktar pazjenti fl-ITU.
Fosthom tifel ta’ 11-il sena li ttajjar minn karozza fi Triq Hompesch il-Fgura, il-Bulgaru li ttajjar fi Triq Nazzjonali l-Blata l-Bajda, u sewwieq ta’ mutur kien involut f’ħabta fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.