Tnejn fuq mutur iweġġgħu f’ħabta fiż-Żurrieq

Sewwieq ta' mutur u passiġġier ġarrbu xi ġrieħi wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.
Kien għall-ħabta tal-5.30pm meta seħħet il-ħabta bejn vann u mutur fi Vjal il-Blue Grotto.
Iż-żewġ persuni fuq il-mutur, sewwieq ta' 29 sena mill-Birgu u passiġġiera ta' 39 sena mill-Gżira, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, permezz ta' żewġ ambulanzi. 
Is-sewwieq tal-vann, li għandu 70 sena u joqgħod Ħaż-Żabbar, ittieħed l-isptar ukoll minħabba xokk, fejn ġie ċċertifikat ukoll li ġarrab ġrieħi ħfief.
Is-sewwieq tal-mutur ġarrab ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġiera ġarrbet ġrieħi gravi. 
Ritratt: Media Police