Aġġornata: Imut ir-raġel li waqa’ madwar sular u nofs

Miet dalgħodu ir-raġel ta’ 68 sena wara li lbieraħ waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs minn fuq sellum f’residenza Ħal Balzan. Ir-raġel kien jinsab fil-periklu tal-mewt. L-inċident seħħ is-Sibt wara nofsinhar.

Għad m’għandniex aġġornamenti mediċi dwar ir-raġel ta’ 40 sena residenti l-Fgura li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Pietà. Minn investigazzjonijiet preliminari, il-pulizija rriżultalha li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq. L-aħħar informazzjoni kienet tgħid li kien għadu jinsab fil-periklu tal-mewt.

Fiż-żewġ inċidenti kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera li ħatret diversi esperti biex jassistuha f’inkjesti separati.

Il-pulizija qed tissokta bl-investigazzjonijiet dwar ż-żewġ inċidenti.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.