Tnejn arrestati minħabba 10 kilogrammi kannabis

Żewġ persuni qed jinżammu taħt arrest preventiv wara li kienu akkużati li ttraffikaw għaxar kilogrammi raża tal-kannabis f’Mejju ta’ tmien snin ilu.
Brian Fenech ta’ 38 sena u Eligio Zerafa ta’ 45 sena, it-tnejn residenti Marsaxlokk wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
Fenech wieġeb ukoll li ma sarx riċediv.
Tliet persuni oħra kienu diġa akkużati b’rabta ma’ dan il-każ.
Fil-qorti ntqal li d-droga kienet instabet f’karozza filwaqt li ammont ieħor instab ġo forn f’residenza.
Jirriżulta li l-Pulizija saqet wara l-karozza sakemm iż-żewġ persuni kienu twaqqfu f’Wied il-Għajn.