Tneħħew 47 spazju ta’ parkeġġ biex jitpoġġew imwejjed u siġġijiet

B'total tneħħew total ta' 47 spazju ta' parkeġġ biex minflokom jitpoġġew imwejjed u siġġijiet.
Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat Nazzjonalista David Agius, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minn mindu ġie ppubblikat il-'Policy Guidance and Standards for Outdoor Catering Areas on Public Open Spaces', inħarġu tletin permess.
Dawn il-permessi ħarġu mill-Kummissjoni tal-Ippjanar taħt l-Awtorità tal-Ippjanar biex jitneħħew l-ispazji tal-parkeġġ.
L-ispazji kienu mifruxa madwar 16-il lokalità f'Malta u Għawdex.