Tnedija tal-proġett dwar Freddie Portelli

It-tnieni volum f’ġabra ta’ kotba dwar ħajjet personalitajiet Maltin u Għawdxin tnieda nhar is-Sibt li għadda.
Fi stqarrija, id-Dar tal-Providenza qalet li 24seven media nediet dawn il-kotba u s-CD fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Skont id-Dar tal-Providenza din id-darba 24seven Media ppubblikat żewġ kotba dwar Freddie Portelli. 
L-ewwel ktieb jitratta l-istorja ta’ Freddie Portelli filwaqt li t-tieni ktieb fih ġabar ta’ 282 lirika tal-aktar diski magħrufa ta’ Freddie Portelli b’dan tal-aħħar se jkun qed jingħata b’xejn inkluż ukoll CD tal-aqwa hit tiegħu. 
Il-ktieb jista’ jinxtara mill-ħwienet ewlenin. 
Intqal li kienet ix-xewqa ta’ Freddie Portelli u martu li parti mill-qligħ mill-bejgħ ta’ dawn il-kotba jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.