Tnedija tal-kampanja Healthy Minds Work

Il-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting, bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Deloitte, ħabbru t-tnedija tal-kampanja Minds Healthy Work. Wara analiżi fil-fond ta’ aktar minn 20 sena ta’ esperjenza tar-Richmond fis-saħħa mentali, il-kollaborazzjoni issa qed tniedi din il-marka ġdida għal entitajiet korporattivi.

It-titjib tal-benessri mentali tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol sar kruċjali fid-diskors u l-aġendi tal-kumpaniji. Meta tgħaqqad l-esperjenza u l-kompetenza tal-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting, il-pakketti mfassla mill-ġdid għandhom l-għan li jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ kull organizzazzjoni b’għażliet ġodda u aktar sostenibbli għal appoġġ professjonali.

It-tnedija ta’ Healthy Minds Work se ssir fit-22 ta’ Lulju permezz ta’ webinar Zoom, fejn il-mistednin se jkollhom l-opportunità li jaraw dawn il-pakketti ġodda għall-ewwel darba.

Il-Fondazzjoni Richmond u Deloitte Consulting qed iħarsu ’l quddiem biex jaqsmu l-prodotti aggornati tagħħom u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkun hemm. Huma se jkunu kuntenti li jaraw kif l-aħjar organizzazzjoni tista’ tibbenefika minn dawn is-servizzi.

Aġenda:

10.30   Diskors ta’ merħba  minn Stephania Dimech Sant, CEO  Richmond Foundation

10:35   Diskors dwar il-kollaborazzjoni bejn Deloitte Foundation u r-Richmond  Foundation minn Booker Malcolm mill-Fondazzjoni Deloitte

10:40   Diskors dwar il-benessri mentali fuq il-post tax-xogħol – perspettiva tar-riżorsi umani minn Adrian Mamo,  Maniġer mid-Deloitte Malta

10:50   Introduzzjoni ta’ Minds Healthy Work minn Dragan Donkov, Maniġer,  Tagħlim u Żvilupp mir-Richmond Foundation

11:10   Ħin għall-mistoqsijiet

Biex tirreġistra għall-avveniment, ikklikkja fuq din il-link.