Tnax-il Kunsill Lokali bi Pjan għall-Iżvilupp Sostenibbli

Tnax-il Kunsill Lokali għandu Pjan għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Dan qalu l-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil.
Il-Kunsilli li għandhom Pjan għall-Iżvilupp Sostenibbli huma: l-Imdina, iż-Żejtun, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, l-Għarb, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, il-Kalkara, Marsaskala, il-Mellieħa, Pembroke u San Lawrenz.  
Tlieta minn dawn, l-Imdina, Ħal Balzan u Pembroke, irrappurtaw li nvestew fondi f’sistemi LEDs biex idawlu xi toroq fil-lokalità. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rrapporta fost l-oħrajn tibdil fl-arranġamenti tat-traffiku, heritage trails, restawr u miżuri marbuta mal-iskart bħala parti minn dan il-pjan.