Tnaqqis tal-iskart f’86 attività

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart, il-WasteServ se tikkordina 86 attività organizzati minn 61 entità.
Dawn jinkludu skejjel, NGOs, negozji, kunsilli lokali, ministeri u anke ċittadini individwali.
L-attivitajiet se jittellgħu bejn it-22 u t-30 ta’ Novembru.
Din il-Ġimgħa Ewropea ilha tiġi organizzata f’Malta mill-2010 u kull ma jmur aktar qed iżżid il-popolarità tagħha.
Il-parteċipanti din is-sena qed jiġu inkoraġġiti biex jiffukaw fuq inizjattivi li jnaqqsu t-tnaqqis ta’ skart mill-ikel.
L-attivitajiet tal-WasteServ jinkludu l-Love your Leftovers Challenge – li hi kompetizzjoni ta’ riċetti fuq il-mezzi soċjali.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-sit ta’ WasteServ Malta.