Tnaqqis ta’ 25% fl-applikazzjonijiet għal remote gaming

In-numru ta’ applikazzjonijiet għal remote gaming is-sena li għaddiet kienu 25% anqas mill-2014.
Dan joħroġ minn informazzjoni kumpanniji mogħtija mill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Is-sena li għaddiet l-Awtorità Maltija dwar il-logħob irċeviet 95 il-applikazzjoni.
Is-sena ta' qabel, l-applikazzjonijiet sottomessi kienu 128. Fl-2013 l-applikazzjonijiet kienu 105.
Intant, fi tweġiba għall-mistoqsija oħra tal-istess interpellant, Cardona qal li fl-2015 ġew reġistrati 33 operatur ġdid fis-settur tar-remote gaming.