​Tnaqqis sostanzjali fl-immigranti li waslu Malta

Matul l-2015 kienu biss 100 l-immigranti irregolari li waslu Malta.
Dan joħroġ minn tweġiba mogħtija mill-Ministru għall-Intern fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Abela indika li fl-aħħar tmien snin l-ikbar ammont ta’ imigranti rregolari daħlu fl-2008 segwit mill-2013 meta daħlu 2,775 u 2,008 rispettivament.
Bħala medja, matul it-tmien snin li għaddew daħlu 1,305 immigrant.
Is-sena li fiha daħlu l-anqas għadd ta’ immigranti irregolari kienet l-2010 meta daħlu 47 imigrant jew ftit anqas minn kemm daħlu immigranti s-sena li għaddiet. L-2014 l-ammont ta’ imigranti irregolari li daħu Malta kien ta’ 569.