Tnaqqis marġinali fil-popolazzjoni tal-ħabs

Il-popolazzjoni tal-ħabs fil-31 ta' Diċembru 2015 kienet ta’ 12-il persuna anqas minn dik irreġistrata fi tmiem l-2014.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Karmenu Mifsud Bonniċi.
Abela fisser li fil-31 ta’ Diċembru 2015 l-għadd ta’ dawk fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu 569. Is-sena ta’ qabel, il-popolazzjoni kienet ta’ 581.
Dawk taħt arrest preventiv fl-2015 kienu 129 waqt li 440 kienu qed jiskontaw sentenza tal-qorti. Fl-2014, iċ-ċifri rispettivi kienu 138 u 443.