Tnaqqis fl-inflazzjoni f’Awwissu

F’Awwissu, l-inflazzjoni fiż-żona ewro kienet tammonta għal 1.3% dan jirriżulta fi tnaqqis mill-1.6% f’Ġunju.

L-inflazzjoni naqset konsiderevolment meta mqabbel mat-2.6% tal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Fl-Unjoni Ewropea, l-inflazzjoni f’Awwissu kienet tammonta għal 1.5% li wkoll tissarraf fi tnaqqis mill-1.7% ix-xahar ta’ qabel.

F’Malta, l-inflazzjoni tammonta għal 0.7% u rreġistrat tnaqqis.

Mill-istatistika tal-Eurostat jirriżulta l-inqas rata ta’ inflazzjoni ġiet irreġistrata fil-Greċja b’ -1.0%, il-Bulgarija b’ -0.7% u l-Latvja b’ -0.1%.

L-għola rati ġew irreġistrati fl-Estonja bi 3.6%, l-Olanda bi 2.8% u r-Rumanija bi 2.6%.

Iż-żieda fil-prezz tal-frott, l-elettriku u t-tabakk għollew ir-rata tal-inflazzjoni filwaqt li t-tnaqqis fil-prezz tat-trasport, it-telekomunikazzjoni u s-servizzi mediċi ħallew impatt fil-pożittiv.