Tnaqqis fl-ammont tan-negozju fl-industrija fl-aħħar xhur – NSO

Skont stħarriġ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), l-ammont ta’ negozju (turnover) li rat l-industrija fit-tielet kwart tal-2017 naqas b’1.4% mill-kwart preċedenti.
Kien hemm tnaqqis ta’ 1.2% fis-settur tal-prodotti tal-konsumatur. Żieda ta’ 1.4% ġiet irreġistrata fis-settur tal-enerġija.
L-impjieg industrijali naqas b’0.1% filwaqt li s-sigħat ta’ ħidma żdiedu b’1.3%. Il-paga u s-salarji żdiedu b’0.1%.
Ikkumparat mal-istess perjodu s-sena l-oħra, iż-żieda fit-turnover kienet ta’ 1.6%.
Iż-żieda fis-sigħat tax-xogħol kienet ta’ 2.8% filwaqt li kien hemm żieda ta’ 2.2% fil-pagi.