Edward Scicluna: In-nuqqas ta’ qgħad fost in-nisa hu ta’ sodisfazzjon kbir

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li n-nuqqas fin-numru ta' nisa qegħda kif ukoll tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena huma fost l-indikaturi li l-iktar jagħtu sodisfazzjon.
Il-Ministru qal dan wara li figuri maħruġa mill-NSO juru kif il-qgħad f'Diċembru niżel b'1,114-il ruħ meta mqabbel ma' Diċembru tal-2013 u b'214 meta mqabbel ma' Novembru li għadda.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi qal li dawn l-aħħar figuri li ġew ippubblikati mill-NSO għal Diċembru li għadda jikkonfermaw l-andament b’saħħtu tal-ekonomija Maltija fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-qgħad.