Tnaddaf id-dar jew tpejjep? Ara x’hemm komuni

Studju riċenti sab li t-tindif tad-dar jagħmel ħsara fil-pulmun tan-nisa daqs li kieku l-mara tpejjep pakkett sigaretti kuljum. Madanakollu, l-użu tal-prodotti tat-tindif instab li ma jagħmlu l-ebda effett negattiv fuq il-pulmun tal-irġiel.
Ir-riċerka li saret fl-Università ta’ Bergen, assessjat il-pulmun ta' 6,235 mara u raġel minn 22 ċentru madwar ir-Renju Unit, imbagħad kompliet iżomm rendikont ta’ x’qed jiġri fil-pulmun matul 20 sena mil-bidu tal-istudju.
Wara l-istudju, ir-riċerka li ħarġet uriet li n-nisa li jnaddfu, kemm jekk darba biss fil-ġimgħa jew jekk xogħolhom huwa fit-tindif, kellhom tnaqqis aċċellerat tal-kapaċità tal-pulmun. Dan it-tnaqqis ġie mqabbel mat-tipjip ta’ pakkett ta’ 20 sigarett kuljum għal bejn 10 u 20 sena.
Għaldaqstant, ir-riċerkaturi saħqu li t-tindif għan-nisa jista jikkawża riskji fis-saħħa tas-sistema respiratorja.
Skont ir-riċerka, l-irritanti għall-pulmun jinsabu fi prodotti domestiċi bħal bliċ u l-ammonja.