Tmutilha nannitha iżjed terġa taraha fil-Google Maps

Is-sena li għaddiet, l-Ispanjola Carmen Pacheco li tgħix f’Madrid tilfet lil nannitha li kienet tant tħobb.
Il-mewt tagħha ħalla impatt kbira fuqha iżda ġara li Pacheco kienet skopriet li f’wieħed mir-ritratti tal-Google Maps kienet tidher nannitha miexja fit-triq u għalhekk ta’ kultant kienet toqgħod tara dan ir-ritratt fuq il-kompjuter.
Maż-żmien Google aġġornaw u biddlu r-ritratt ta’ Street View u nannitha ma baqgħatx tidher aktar.
Kien hawnhekk li Carmen Pacheco iddeċidiet li tirrakkonta d-dieqa tagħha fuq Twitter u kemm kienet tgħożż ir-ritratt ta’ Google Maps.
Il-messaġġ ma waqax fuq widnejn torox u l-kumpanija f’Mountain View iddeċidiet li terġa tpoġġi r-ritratt tal-istess triq, biex Pacheco tkun tista’ tkompli tara lil nannitha.