Żagħżugħa tmut wara li waqgħet minn ġo gallarija f’Tas-Sliema

Aġġornat 02:01 PM

Read in English.

Żagħżugħa tilfet ħajjitha llejla wara li waqgħet għoli ta’ erba’ sulari meta waqgħet minn ġo gallarija f’Tas-Sliema.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-każ ġara għall-ħabta tad-9pm fiż-żona ta’ Fort Cambridge.

It-tfajla, Taljana li għandha 15-il sena u hija residenti San Ġwann, tilfet ħajjitha fuq il-post. Hija kienet ġo appartament f’Tigné Point.

Infetħet inkjesta maġisterjali fuq il-każ immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli.