Tmut Winnie Mandela fl-età ta’ 81 sena

L-attivista ta’ kontra l-apartheid tal-Afrika t’Isfel Winnie Mandela mietet fl-età ta’ 81 sena skont l-assistenta personali tagħha.
Winnie Mandela kienet l-eks mara tal-ewwel President iswed tal-Afrika t’Isfel Nelson Mandela.
Skont il-BBC, fl-aħħar snin ir-reputazzjoni ta’ Winnie Mandela ġiet imċappsa kemm legalment u anke politikament.
Kelliem għall-familja qal fi stqarrija li Winnie Mandela mietet minħabba li kienet marida. Qal li ilha dieħla u ħierġa l-isptar sa mill-bidu ta’ din is-sena.