Tmut wara li xorbot likwidu minn buqar fuq il-komodina tal-isptar

Fl-inkjesta dwar il-mewt ta’ mara fi sptar fir-Renju Unit instema’ kif il-mara mietet jiem wara li xorbot likwidu tal-ħasil. Dan il-każ seħħ fl-istess sptar fejn miet pazjent ieħor minħabba l-istess raġuni.

Joan Blaber ta’ 85 sena mietet f’Settembru li għadda fl-Isptar Royal Sussex County, sitt ijiem wara li xorbot likwidu tat-tindif li kien f’buqar tal-ilma fuq il-komodina.

Fil-Qorti nstema’ li hemm possibilità remota li dan kien riżultat ta’ żball.  Madanakollu impjegat tal-isptar qal li l-pazjenta kellha d-dimensja jew kundizzjoni simili, u qabdet u xorbitu. Kompla jgħid li ma jagħmilx sens li xi ħadd jitfa’ likwidu tal-ħasil f’buqar li ġeneralment jintuża għall-pazjenti.