Tmut wara li waqgħet fil-Pjazza taż-Żebbuġ

Anzjana ta' 78 sena tilfet ħajjitha wara li kmieni dalgħodu waqgħet fi Pjazza Assunta fiż-Żebbuġ.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li l-mara waqgħet u ħabtet rasha. 
Hi ttieħdet l-isptar fejn mietet ftit tal-ħin wara.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali