Tmut wara li ppruvat twelled kif rat fuq YouTube

Mara mill-Indja mietet wara li ppruvat twelled fid-dar tagħha mingħajr assistenza medika.

Hija ddeċidiet li tibqa’ mar-raġel tagħha d-dar biex twelled it-tieni tarbija tagħha wara li ħassitha kunfidenti biżżejed li tagħmel dan wara li rat vidjow fuq You Tube dwar kif wieħed jista’ jgħin lin-nisa fit-tqala.

Ir-raġel tagħha li kien preżenti f’dan l-avveniment, kellu suppost jgħinha, iżda ma kellha l-ebda esperjenza medika u kien minn dejjem jaħdem f’fabrika tal-ħwejjeġ.

Ir-raġel tagħha se jiġi investigat fuq il-mewt ta’ martu.

Jidher li l-koppja kienet influenzata minn xi ħbieb li kellha li jemmnu fil-mediċina naturali.