Tmut wara kompetizzjoni tal-ikel fl-Awstralja

Mara mietet fl-Awstralja waqt li kienet qed tipparteċipa f’kompetizzjoni tal-ikel. Din kienet tikkonsisti f’min kapaċi jiekol l-aktar lamingtons, tip ta’ pasta simili għall-pasta r-roża.

Il-mara li kellha 60 sena qed jingħad li taha attakk tal-epilessija waqt l-avveniment li kien hemm għaddej f’lukanda f’Hervey Bay fi Queensland. F’dan il-jum huma kienu qed jiċċelebraw Jum l-Awstralja.

Il-parteċipanti kienu ġew iffilmjati jieklu l-lamingtons b’mod mgħaġġel ftit qabel. Il-mara ngħatat is-CPR fuq il-post u ttieħdet l-isptar, iżda mietet ftit wara.

Skont xhieda li kienu fuq il-post, il-mara kienet għadha kemm daħħlet pasta ġo ħalqha meta dehret li kienet tinsab f’diffikulta.

Intant, The Beach House Hotel li jinsab f’Havey Bay tella post fuq Facebook fejn esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familja u l-ħbieb tal-mara. Huma rringrazzjaw lis-servizz tal-ambulanzi li rrisponda b’mod immedjat għall-inċident.

27th January 2020The management and staff of the Beach House Hotel offer our deepest condolences to the friends and…

Posted by Beach House Hotel Hervey Bay on Sunday, January 26, 2020