Tmut wara 10 jiem tissielet għal ħajjitha wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-mara ta’ 32 sena mill-Imtarfa involuta f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ fis-17 ta’ Mejju tilfet ħajjitha lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Dan ħabbritu l-Pulizija fi stqarrija kmieni dalgħodu.

Hi kienet spiċċat fil-periklu tal-mewt wara li kienet passiġġiera fuq mutur misjuq minn raġel ta’ 40 sena mir-Rabat li kien involut f’ħabta. Il-ħabta seħħet ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar. Ir-raġel kien weġġa’ ħafif.